Kurżitajiet

Iwissu dwar ir-ritratti tat-tfal fuq Facebook

Il-Pulizija f’Hagen, fir-reġjun ta’ Nord Rhine-Westphalia, wissew lill-ġenituri biex ma jkomplux ipoġġu ritratti tat-tfal jgħumu jew jinħaslu.
Dan kemm għaliex it-tfal għandhom il-ħajja privata tagħhom, kemm għaliex ċerti ritratti jistgħu jwasslu għal inċidenti ta’ bullying fl-iskola, kif ukoll għaliex jattiraw l-attenzjoni ta’ pedofeli minbarra li dawn jistgħu jużawhom għall-finijiet tagħhom mingħajr ma jkunu jafu l-ġenituri.
Il-pulizija fakkru li ladarba jitpoġġa ritratt fuq Facebook, jibqa’ jiċċirkola fuq l-internet għal dejjem.
It-twissija qanqlet dibattitu kbir fil-Ġermanja b’xi wħud jaqblu u xi wħud le u jsostnu li dan kien l-istess argument li jintuża kontra n-nisa biex ma jilbsux imqaċċat għaliex jipprovokaw lil min iħebb għalihom sesswalment.