Malta mħassba dwar l-esklazzjoni tal-vjolenza fl-Israel u l-Palestina

Il-Gvern Malti fi stqarrija qal li jinsab imħasseb bl-eskalazzjoni tal-vjolenza fl-Israel u l-Palestina li qed jirriżultaw f’numru ta’ mwiet fuq iż-żewġ naħat. Il-Gvern Malti esprima l-kondoljanzi għall-familji tal-vittmi. Dan filwaqt li kkundanna kull attakk fuq iċ-ċittadini, ġejjin minn fejn ġejjin.

Fil-kummenti tiegħu fl-istqarrija, l-Ministru tal-Affarijiet Barranin George Vella sejjaħ lill-partijiet kollha biex ma jkomplux b’azzjonijiet li jistgħu iwasslu biex ikun hemm żieda fil-vjolenza.

Vella tenna l-pożizzjoni tal-Gvern Malti, dik li tippromwovi l-importanza li l-partijiet kollha jirritornaw fuq il-mejda tad-diskussjoni biex tinstab soluzzjoni li twassal għal żewġ stati, soluzzjoni li skont il-Gvern Malti hi l-unika waħda li tista’ twassal għal paċi u sigurta’ fit-tul.