Lokali

Miet Bugz – il-kelb li ddebutta fuq Net Television

Il-kelb tant popolari fix-xena tat-televiżjoni f’pajjiżna, Bugz, il-kelb abjad tat-tip Samoyed li kien jakkumpanja lill-preżentatriċi Andrea Cassar, miet fl-eta’ ta’ 14-il sena.

Bugz kien iddebutta fuq it-televiżjoni waqt il-programm Bugz@net meta dak iż-żmien kien għad kellu biss ftit xhur.

Minn dak iż-żmien Bugz baqa’ jidher b’mod regolari f’numru ta’ programmi ppreżentati minn Cassar fuq numru ta’ stazzjonijiet lokali.

Kienet l-istess Andrea Cassar li tat din l-aħbar fuq Facebook, fejn irreferiet għal Bugz bħala ħabib.