Fl-2012 kien diġà ħareġ il-permess għax-xogħlijiet
Triq li fl-2012 kienet fil-lista ta’ dawk it-toroq li kienu se jingħataw prijorità u li kien ħareġ diġà l-permess biex jibda xogħol ta’ kisi ta’ tarmak, għadha ma saritx minn dan il-Gvern wara sentejn u nofs.
Id-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar fil-Parlament irrifera għall-korrispondenza li għaddiet fl-aħħar xhur bejn il-Kunsill Lokali Naxxar u l-Awtorità tat-Trasport rigward il-kisi bit-tarmak ta’ Triq Gaetano Vitale, fin-Naxxar. L-istat ta’ din it-triq qed joħloq inkonvenjent lir-residenti li joqogħdu fl-inħawi.
Robert Cutajar staqsa lill-Ministru Mizzi jindika meta mistenni jibda x-xogħol fuq din it-triq, liema triq kienet identifikata fl-2012 bħala waħda mit-toroq li kienu se jingħataw prijorità mill-istess Awtorità tat-Trasport tant li l-istess Awtorità kienet ħarġet il-permess biex jibda x-xogħol.
Il-Ministru Joe Mizzi wieġeb li x-xogħlijiet fuq din it-triq isir skont il-progress tal-formazzjoni, fondi disponibbli kif ukoll il-proċess tal-akkwist tas-servizzi tal-kuntratturi.
//= $special ?>