Żewġ żgħażagħ ta’ 16-il sena ftaħru fuq Facebook li semgħu mara tiġi stuprata jew imsawta minn żewġt’irġiel ta’ nazzjonalita’ Għarbija f’toilet ta’ stabbiliment tad-divertiment f’Paceville. Huma saħqu li l-każ seħħ nhar is-Sibt li għadda.
Imma ż-żgħażagħ mhux talli ma għamlu xejn anzi ftaħru li kienu hemm u ssuspettaw x’kien qed jiġri. Skont wieħed minnhom, ma kellhomx jintervjenu għaliex il-mara kienet għaddejja bl-aqwa att sesswali f’ħajjitha.
Iż-żgħażagħ komplew jiftaħru li l-mara ħarġet mit-toilet ftit wara, akkumpanjata miż-żewġt’irġiel u b’wiċċha kollha demm. Kien f’dan il-ħin li skonthom intervjenew il-bouncers tal-istabbiliment.
Il-post ta’ wieħed miż-żgħażagħ qajmet kontroversja u kritika qawwija, b’uħud isaqsuh x’kien jagħmel kieku skopra li kienet qariba tiegħu. Imma t-tweġiba tiegħu kienet waħda sempliċi: “Ma jistax ikun għax f’dak il-ħin ma kien hemm ħadd jiġi minni f’Paceville.”
Dan is-sit mhux f’pożizzjoni li jiżgura jekk il-każ seħħx verament u għalhekk bagħat mistoqsijiet lill-Pulizija fejn staqsa għal konferma dwar dan il-każ u jekk sarx rapport fl-għassa tal-Pulizija. Madankollu s’issa għadna bla tweġiba.
//= $special ?>