Kmieni dalgħodu, fit-tmienja neqsin għoxrin seħħ inċident tat-traffiku fi triq iż-Żebbiegħ, il-Mosta bejn karozza u mutur.
Is-sewwieq tal-mutur, Taljan ta’ 51 sena ttieħed l-isptar minħabba xi ġrieħi li ġarrab. ll-Karozza kienet misjuqa minn mara Ġermaniża ta’ 35 sena mill-Mosta. Ir-raġel Taljan ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
Erbgħin minuta wara, fl-istess triq, seħħ inċident ieħor fejn ukoll kienu involuti mutur u vettura.
Fl-inċident kienu nvoluti wkoll mutur, misjuq minn raġel ta’ 30 sena mill-Imġarr u karozza misjuqa minn raġel ta’ 29 sena mill-Mellieħa.
Ix-xufier tal-mutur ttieħed bl-ambulanza l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan iż-żewġ inċidenti għadhom għadejin.
//= $special ?>