Internazzjonali

Balena bla ħajja tittella’ mill-mewġ fuq xtajta fl-Ingilterra

Balena mejta twaslet mill-mewġ fuq xtajta f’Kent, fl-Ingilterra.

Balena li tiżen madwar 10 tunnellati jew 10,000 kilo u hi twila madwar 11-il metru.

Il-Pulizija ta’ Kent għalqu partijiet mill-bajja fejn ittellgħet il-balena li kollox jindika li mietet wara li ntlaqtet minn vapur hekk kif għandha sinjali kbar ta’ daqqiet fuq ġisimha.

Issa, esperti marittimi ssejħu fuq il-post biex janalizzaw dak li seħħ u jieħdu partijiet mill-annimal għall-Mużew tal-Istorja Naturali f’Londra.

It-Tnejn li għadda, ġurnal elettroniku minn Kent kien irrapporta li ’l barra mill-kosta kienet intlemħet ħuta kbira, aktarx l-istess waħda.