Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil illum jinsab fi Brussell fejn qed jattendi għal Summit tal-Partit Popolari Ewropew, ftit siegħat qabel il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew li se ssir fi Brussell ukoll.
Fuq l-aġenda ta’ dan is-Summit hemm l-isfida tal-immigrazzjoni u r-refuġjati, kif ukoll il-fruntieri tal-kontinent Ewropew.
Fost il-mexxejja Ewropej li qed jattendu għall-istess Summit li għalih hemm preżenti Simon Busuttil, hemm il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker, il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk, il-President tal-Partit Popolari Ewropew Joseph Daul, il-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel kif ukoll il-Prim Ministru Spanjol Mariano Rajoy.
//= $special ?>