L-ammont ta’ mejtin b’kaġun tal-ħalbiet kbar tax-xita, l-għargħar u l-valangi li l-maltemp ġab miegħu fl-Italja mill-Erbgħa issa tela’ għal ħamsa.
Il-maltemp, matul il-ġurnata tal-Ħamis, kien miexi lejn Sqallija, fejn l-awtoritjiet lokali ħarġu allert. Fl-aħħar sigħat ingħataw direttivi biex jingħalqu l-iskejjel f’Katanja, Messina u Trapani.
Ħames vittmi mill-maltemp fl-Italja
