Il-prosekuturi Skoċċiżi jridu jinterrogaw żewġ Libjani li huma identifikati bħala suspettati fil-każ ta’ Lockerbie.
Dawn il-prosekuturi jaħsbu li ż-żewġ suspettati kienu involuti, flimkien mal-Libjan, Abdel Basset al-Megrahi, fl-isplużjoni li, fl-1988, kienet qerdet l-ajruplan Pan-Am fuq il-belt Skoċċiża partikolari.
Al-Megrahi kien l-uniku wieħed li qatt spiċċa kkundannat għal din l-atroċità.
Mietu b’kollox 270 persuna fl-isplużjoni li qerdet l-ajruplan fuq il-belt ta’ Lockerbie.
Fl-2009, Al-Megrahi kien inħeles mill-ħabs għal raġunijiet umanitarji wara li nstab li hu kien qed ibati forma ta’ kanċer terminali. Hu miet fl-2012, fejn baqa’ sal-aħħar jinsisti li hu innoċenti mill-akkużi dwar Lockerbie.
//= $special ?>