Ir-reliġjon Nisranija tinsab fil-periklu li ma tkomplix tkun reliġjon dinjija hekk kif aktar ma jgħaddi ż-żmien, numri dejjem akbar ta’ Nsara qed jaħarbu mil-Lvant Nofsani u l-Afrika.
Dan ħareġ f’rapport mill-grupp Kattoliku bbażat fir-Renju Unit, Aid to the Church in Need (ACN), bl-isem ‘Persecuted and Forgotten?’
Ir-rapport qal li r-raġuni ewlenija għaliex qed jaħarbu dawn l-Insara kollha hi t-tindif etniku motivat minn mibegħda reliġjuża.
Intqal li b’din ir-rata, ir-reliġjon Nisranija se tispiċċa minn reliġjon internazzjonali u ssir waħda reġjonali peress li aktar ma jgħaddi ż-żmien, is-seġwaċi aktar qed jgħibu minn territorji sħaħ minħabba l-persekuzzjoni tagħhom.
Ir-rapport, li jikkonferma stħarriġ ieħor simili fosthom tal-Vatikan, sab li tul is-sentejn li għaddew, id-diffikultajiet li qed iħabbtu wiċċhom magħhom l-Insara marru għall-agħar fi 15 minn 19-il pajjiż, u li l-ikbar theddida ġejja mill-estremiżmu Musulman u reġimi bħal dak tal-Korea ta’ Fuq.
Jiżdied ‘it-‘tindif etniku’ tal-Insara
