Lokali

Każ ieħor ta’ tfajla aggredita f’Paceville

“Paceville sar tal-biża’! Ħmistax ilu anke l-ħabiba ta’ binti ġiet aggredita”

Kien dan il-kumment li waslilna mingħand omm, wara li lbieraħ dan is-sit żvela l-istorja ta’ żewġ żgħażagħ ta’ 16-il sena li ftaħru fuq Facebook li semgħu mara tiġi stuprata jew imsawta minn żewġt’irġiel barranin – aggressjoni li allegatament seħħet f’toilet fi stabbiliment ġewwa Paceville.

L-omm li tkellmet magħna illum qaltilna li l-każ tal-ħabiba ta’ bintha ġie rappurtat lill-Pulizija. Il-vittma għandha 22 sena, u dan is-sit għandu wkoll l-isem tal-post fejn seħħ il-każ ta’ aggressjoni fil-qalba ta’ Paceville.

Din il-mara appellat lill-awtoritajiet biex jieħdu azzjoni minnufih sabiex tiġi evitata dik li allaħares qatt xi darba tista’ tkun traġedja.