Internazzjonali Unjoni Ewropea

L-immigrazzjoni tiddomina s-summit fi Brussell

epa04978004 (L-R) European Commission President Jean Claude Juncker EU council President Donald Tusk and Luxembourg's Prime Minister Xavier Bettel at the start of a social summit ahead of the EU Summit in Brussels, Belgium, 15 October 2015. EU Heads of State or Government will focus on migration. The completion of the Economic and Monetary Union and the state of play on the British referendum are also topics to be discussed. EPA/OLIVIER HOSLET

Il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel illum wissiet li l-Ewropa ma kellha ebda ċans li tegħleb il-kriżi tal-immigrazzjoni mingħajr kooperazzjoni mat-Turkija u ħeġġet azzjoni konkreta tat-traffikar tan-nies barra mill-kosta tagħha.
Hi qalet dan ftit qabel telqet għal summit tal-Unjoni Ewropea fi Brussell. It-tema ewlenija kienet il-kriżi tal-immigrazzjoni li qabdet lill-UE fuq sieq waħda dan is-sajf.
Hemm stennija li fis-summit tittaffa ftit il-firda li kien hemm bejn il-pajjiżi membri tal-Ewropa Ċentrali u l-bqija tal-membri wara ġimgħat ta’ tilwim dwar it-tqassim tal-piż tal-immigranti fost il-pajjiżi membri kollha.
Sadattant, fi Brussell hemm ukoll il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil għal summit tal-Partit Popolari Ewropew (PPE) fejn l-isfida tal-immigrazzjoni u temi oħra marbutin magħha se jkunu għad-diskussjoni. Fost oħrajn, qed jattendu għal din il-laqgħa l-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker, il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk, kif ukoll Merkel u l-Prim Ministru Spanjol Mariano Rajoy.