Internazzjonali

L-Istati Uniti tirreaġixxi għat-theddida tal-Boko Haram

Il-President tal-Istati Uniti Barack Obama ħabbar li suldati Amerikani qed ikunu stazzjonati fil-Kamerun biex jgħinu fil-ġlieda kontra l-militanti Iżlamiċi tal-grupp Boko Haram.
Fost ħidmiet oħra, il-qawwa, magħmula minn 300 suldat, se tmexxi missjonijiet ta’ sorveljanza mill-ajru u għall-ġbir ta’ informazzjoni sigrieta fir-reġjun. .
Barack Obama nnotifika lill-Kungress Amerikan li diġà ntbagħtet advance force ta’ 90 suldat lejn il-Kamerun. Hu spjega li t-truppi Amerikani kollha f’din iz-zona se jkollhom l-armi u t-tagħmir meħtieġa għall-protezzjoni u s-sigurtà tagħhom.