Il-Malta Developers Association (MDA) qed tappella lill-Gvern biex jemenda l-liġi biex fejn hu ovvju li direttur ta’ kumpanija ma kellu x’jaqsam xejn ma’ xi ksur tal-liġi dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, m’għandux ikun kriminalment responsabbli għal dan in-nuqqas.
Din il-pożizzjoni tal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin inħarġet hekk kif quddiem il-qorti l-pulizija ressqu numru ta’ diretturi ta’ lukanda u akkużathom bi qtil involontarju ta’ ħaddiem barrani li kien miet f’inċident fuq il-post tax-xogħol.
Il-Malta Developers Association espremiet id-diżappunt tagħha dwar il-mod kif diretturi ta’ kumpaniji qed jittellgħu l-Qorti minħabba inċidenti ta’ saħħa u sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol.
Filwaqt li l-MDA temmen li l-liġi dwar is-saħħa u s-sigurtà hi waħda tajba u kemm il-darba ikkoperat mal-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà biex il-membri tagħha josservaw il-liġi bl-aktar mod skrupluż, iżda tħoss ukoll li hemm nuqqasijiet f’din il-liġi meta s-sid ta’ proġett ikun kumpannija.
Dan f’każ fejn sid ta’ żvilupp li jkun ħati ta’ nuqqas jeħel multa u meta s-sid tkun kumpanija, il-multa għall-istess nuqqas tkun immultiplikata bin-numru ta’ diretturi tal-kumpanija li kollha jitqiesu li naqsu individwalment.
F’każ li qiegħed il-Qorti bħalissa, saħansitra direttur mhux eźekuttiv ta’ kumpanija ġie akkużat li kkawża l-mewt ta’ ħaddiem, irrispettivament minn kemm personalment kellu x’jaqsam mal-inċident li wassal għal dan il-mewt. L-MDA ma taqbilx ma dawn it-tipi ta’ akkużi ta’ nies ovvjament innocenti fil-Qrati tagħna.
//= $special ?>

