Għawdex

Tnejn feruti wara ġlieda fix-Xewkija

Is-satra fix-Xewkija Għawdex giet miksura bis-sireni tal-ambulanzi wara glieda li kien hemm ilbierah bil-lejl bejn grupp ta’ rġiel. Il-kaz sehh ftit wara l-10pm. Fil-glieda indarbu serjament zewg persuni.

Kollox jindika li ragel Somalu li għandu 29 sena allegatament darab lil raġel iehor permezz ta’ arma li taqta u bil-ponta. L-identita` tal-midrub s’issa għadha ma ġietx stabbilita mill-Pulizija. Huwa instab mixhut ferut mal-art, filwaqt li raġel ieħor li huwa Somalu ta’ 24 sena residenti l-Munxar, ukoll safa midrub fil-glieda.

Iż-żewġ vittmi ttieħdu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura fejn iktar tard ġew iċċertifikati li jinsabu f’qagħda kritika.

L-allegat agressur qiegħed jinżamm mill-Pulizija għall-iktar investigazzjonijiet.