Waqt li nediet il-kampanja tal-Piggu Bank fl-iskejjel, il-President ta’ Malta Marie Louis Coleiro Preca qalet li “dan mhux żmien faċli”, b’referenza għat-traġedja waqt Paqpaqli fl-4 ta’ Ottubru. Qalet li wara dak l-inċident, hi u żewġha ħasbu biex inaqqsu mill-attivitajiet u jaħdmu b’li għandhom. Qalet li l-attivitajiet b’risq il-Malta Community Chest Fund hu,a ta’ impenn kbir fuq dawk kollha li jkunu qed jgħinu b’mod volontarju.
Il-President sostniet li kieku m’għandhomx il-fidi, kienu jagħlqu l-bibien, imma din ma tistax issir. Il-President qalet li ma nistgħux għal mument wieħed, jitħassar il-ġid kollu li tagħmel il-Malta Community Chest Fund.
//= $special ?>

