Skont id-Deputat Laburista Luciano Busuttil, li tieħu 30 minuta biex toħroġ mill-Imqabba u l-Qrendi huwa gravi.
Luciano Busuttil ħalla dawn il-kummenti dalgħodu fuq Facebook wara li l-kunsillier Stephen Mizzi tella’ ritratt tal-konġestjoni tat-traffiku. Il-kunsillier f’Ħal Kirkop qal li huma bħala Kunsill Lokali se joħorġu bi proposta ċara dwar kif tista’ titaffa din il-problema tat-traffiku gl-inħawi tal-mina ta’ Ħal Kirkop.
“Din vera sitwazzjoni redikola. Hemm bżonn pjan ċar”, sostna l-Kunsillier tal-PN.
Dalgħodu Triq it-Tempesta fil-Qrendi kienet imblukkata totalment għal ħin twil. Anke it-triq li twassal mill-Imqabba lejn is-Siġġiewi kienet totalment imwaħħla bil-konġestjoni tal-karozzi.
//= $special ?>