Lokali

Aġġornata: Malti, missier ta’ żewġt itfal, imut f’inċident bil-mutur fi Sqallija

Malti ta’ 48 sena mill-Ħamrun tilef ħajtu wara li kien involut f’inċident tat-traffiku bil-mutur fi Sqallija.

Norbert Cutajar (ritratt), missier ta’ żewġt itfal, kien Sqallija bil-mutur tiegħu. Waqt li kien qed isuq mill-highway bejn Siracusa u Catania, għal xi raġuni l-Malti ntlaqat minn trakk.

Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija Taljana, kwotata mill-portal tal-aħbarijiet Siracusa News, il-mutur tal-Malti u t-trakk kienu għaddejjin fl-istess direzzjoni.

Minkejja li fil-post waslu immedjatament ħaddiema tas-servizzi ta’ emerġenza, l-isforzi tagħhom kienu għalxejn, hekk kif kawża tal-impatt, sfortunatament il-Malti tilef ħajtu fil-post.

siracusa news