Lokali

Għada jingħata l-aħħar tislima l-avukat Chircop

Il-funeral tal-avukat Carmel Chircop li nqatel il-ġimgħa li għaddiet mistenni li jsir għada fil-għodu f’Birkirkara.

Carmel Chircop inqatel minn tiri ta’ arma tan-nar waqt li kien jinsab fil-garaxx tiegħu. Sa issa f’dan il-qtil ma jidhirx li kien hemm zviluppi ġodda, f’każ meqjus diffiċli ħafna għall-pulizija.

Il-Funeral se jibda fid-disgħa neqsin kwart ta’ filgħodu minn quddiem il-Każin Santa Liena Banda Duke of Connaught’s Own fejn b’korteo akkumpanjat mill-banda li tagħha kien President jitwassal għall-Bażilka Kolleġjata ta’ Sant’Elena, hemmhekk l-avukat Chircop jingħata l-aħħar tislima.