Mietu tal-anqas erbgħin persuna fil-belt ta’ Maiduguri li ntlaqtet minn sensiela ta’ splużjonijiet imwettqa minn aggressuri terroristiċi li jaħsbu li kienu tfajliet bejn 11 u 15-il sena.
L-istraġi segwiet l-attakki bil-bombi ta’ nhar il-Ħamis, f’Maiduguri, li ħallew tal-anqas 32 persuna mejta. L-attakki tal-Ħamis, li ħallew ukoll numru kbir ta’ midruba, kienu diretti kontra moskea f’ħin meta kien għaddej it-talb ta’ filgħaxija. L-ebda grupp ma assuma responsabbiltà għad-dmija. Fl-isplużjonijiet inkwistjoni ġġarrfu partijiet tal-moskea u ndarbu aktar nies.
Il-belt ta’ Maiduguri hi kkunsidrata bħala ‘ċ-ċentru’ fejn żviluppa l-grupp Boko Haram tal-militanti Iżlamiċi.
Intant, kelliema għall-militar tan-Niġerja qalu li l-Boko Haram qed jirrikorri għal dawn l-attakki suwiċida għaliex tilef ħafna mis-saħħa li kellu u ma jistax jikkumbatti aktar b’mod kollettiv.
//= $special ?>