Id-duo ta’ DJs Maltin Tenishia, iffurmat minn Joven Grech u Cyprian Cassar, għal sena oħra kklassifikaw fost l-aqwa 100 DJ fid-dinja. Din is-sena Tenishia kklassifikaw fil-71 post, titjib fuq it-73 post tas-sena li għaddiet.
Din hi l-ħames darba konsekuttiva li Tenishia kisbu dan l-unur prestiġġjuż wara li ġew fil-91 post fl-2011, fil-50 post fl-2012 u fil-65 post fl-2013.
Din il-klassifika tiġi determinata b’vot popolari online. Għal Tenishia dan l-unur hu iktar prestiġġjuż meta huma ġejjin minn pajjiż tant żgħir, kumparat għall-maġġoranza tad-DJs; suċċess li juri biċ-ċar il-popolarità li kisbu fix-xena internazzjonali.
F’kummenti online, Tenishia ħabbru li huma ma jagħmlux dan ix-xogħol għall-unuri, imma għaliex iħobbu l-mużika. “Inħobbu nkunu DJs, naqsmu l-mużika tagħna u fuq kollox inħobbu lis-segwaċi tagħna,” qalu Tenishia, waqt li rringrazzjaw lil kull min ta l-vot tiegħu lid-duo Malti.
//= $special ?>