Minkejja li d-deputat Mexxej Laburista Toni Abela kellu jkun mistieden flimkien mal-Viċi Kap tal-PN Beppe Fenech Adami għall-programm Xarabank tal-lejla, issa l-Gvern għażel li minflok Toni Abela jibgħat lill-Ministru Edward Zammit Lewis.
Huwa ċar li din hija mossa mill-Partit Laburista li qed jipprova jaħbi lil Toni Abela wara li ħarġu fil-beraħ l-aħbarijiet tal-kuntratti kbar li ħa d-deputat Mexxej Laburista għal konsulenzi. U huwa għalhekk li l-Partit Laburista irtira lil Abela milli jipparteċipa f’Xarabank illejla.
Din il-ġimgħa fil-Parlament sar magħruf li l-Ministeru tal-Familja ġedded il-kuntratt tal-konsulenzi li qed jagħti Abela lill-Ministru Michael Farrugia. Toni Abela jagħti pariri legali lill-Ministru Farrugia, bi ħlas ta’ kważi €20,000 sa Marzu li ġej.
Toni Abela qed joffri konsulenza fuq l-esplorazzjoni taż-żejt bi ħlas ta’ €21,498.
Il-Gvern qed iħallas ukoll is-somma massiċċa ta’ €52,000 lil Toni Abela sabiex id-deputat Mexxej Laburista joffri konsulenza lill-Ministru tat-traffiku Joe Mizzi.
//= $special ?>