Lokali

Immigranti jinstabu moħbija taħt il-kartun u fil-bagoll f’karozza li kienet għadha tasal bil-katamaran

Uffiċjali tad-Dwana sabu tliet immigranti irregolari moħbija f’karozza li kienet għadha kif waslet Malta minn Sqallija. Il-każ seħħ matul il-lejl li għadda meta l-Uffiċjali tad-Dwana ġiehom suspett fuq il-vettura li kienet għadha kemm waslet pajjiżna abbord catamaran.

Tfittxijiet abbord il-vettura wasslu għas-sejba tat-tliet immigranti irregolari … wieħed taħt il-kartun u tnejn moħbija fil-bagoll tal-vettura. It-tlieta li huma ngħaddew f’idejn il-Pulizija tal-Immigrazzjoni għal aktar investigazzjonijiet.

Sadanittant, fl-istess vettura nstabu wkoll numru ta’ kaxxi bi fliexken tal-plastik mimlija bl-ilma iżda mingħajr id-dokumenti meħtieġa. Dawn inżammu wkoll mill-Uffiċjali tad-Dwana wara li, fil-Baġit ippreżentat fil-jiem li għaddew, il-Gvern żied is-Sisa fuq dawn il-prodotti.

(Ritratt: mill-Arkivji)