Wicked Comics, l-organizzaturi tal-Malta Comic Con 2015, ħabbru lill-artisti rinomati internazzjonalment Tim Perkins (Worlds End Vol 1 – The Riders on the Storm), Boo Cook (Elephantmen) u Mike Krome (Shahrazad), kif ukoll Heba Rena Yassin (Kokoro) għall-Comic Con ta’ din is-sena.
Huma jingħaqdu ma’ Jon Haward (Tales of the Buddha before he got Enlightened), Simon Davis (Sinister Dexter), Sabine Rich (Lady Mechanika) u John Freeman (Doctor Who) li tħabbru fl-aħħar jiem bħala l-mistiedna għall-edizzjoni ta’ din is-sena li se ssir is-Sibt 5 (10am-6pm) u l-Ħadd 6 (11am-7pm) ta’ Diċembru f’Magazino Hall/Old Power House, Valetta Waterfront.
Iktar informazzjoni dwar il-Comic Con ta’ din is-sena tista’ tinkiseb mis-sit www.maltacomic-con.com.
//= $special ?>