Sport

L-ewwel edizzjoni tal-International Open Canoe Polo f’Malta

Nhar is-Sibt 24 t’Ottubru f’pajjiżna se ssir l-ewwel edizzjoni tal-Malta Open Canoe Polo Tournament f’Dock 1, l-Isla.

F’din l-edizzjoni se jieħdu sehem ħames skwadri minn żewġ pajjiżi, Malta u Sqallija, matul il-Malta Canoe Sports Festival. Intwera interess ukoll minn skwadri oħra Taljani u Ċiprijotti.

Pajjiżna ilu jħejji għal dan l-avveniment b’xhur ta’ taħriġ intensv li wassal biex pajjiżna se jikkompeti b’żewġ skwadri. Fil-bidu ta’ Ottubru filfatt sar kamp ta’ taħriġ għal sitt membri tal-Malta Canoe Polo Club fiċ-Circolo Canoa Catania.

Dan l-isport ilu jiġi prattikat f’malta sa mill-2002, meta grupp ta’ entużjasti tal-kayak iddeċidew li jinkludu ballun tal-waterpolo waqt is-sessjonijiet ta’ taħriġ tagħhom.