Madwar l-Ewropa kollha, l-inflazzjoni nieżla. Anke fiz-Zona Ewro qed tonqos l-inflazzjoni. 17-il pajjiż irreġistraw tnaqqis fl-inflazzjoni. Iżda f’Malta, tul l-aħħar sena komplew jiżdiedu l-prezzijiet tal-prodotti li nixtru fil-ħajja tagħna ta’ kuljum, inkluż mill-ħwienet u s-supermarkets.
Ċifri li ħarġu mill-Eurostat jikkonfermaw li mhux talli żdiedet l-inflazzjoni f’Malta, iżda pajjiżna ġie l-ewwel bħala l-aktar stat membru tal-UE li fih kien hemm żieda fl-għoli tal-ħajja. Fi kliem sempliċi, Malta huwa l-aktar pajjiż fl-Ewropa illi matul l-aħħar sena esperjenza żieda fil-prezzijiet tal-prodotti illi nixtru ta’ kuljum.
Din l-istatistika tal-Eurostat tkopri l-aħħar 12-il xahar sa Settembru li għadda.
Iċ-ċifri jindikaw ukoll li l-għoli tal-ħajja f’Malta baqa’ jiżdied xahar wara l-ieħor.
//= $special ?>