Il-GRTU fi stqarrija iddeplorat il-proposta li l-Gvern ressaq fil-budget li jibdel l-eko-kontribuzzjoni f’sisa għall-birra, l-inbejjed u l-ilma. L-Union qalet li din il-proposta titfa’ lil pajjizna sitt snin lura.
Il-GRTU fakkret li hija kienet minn tal-ewwel li kkritikat l-introduzzjoni tal-eko-kontribuzzjoni u kienet talbet li minflok tiddahhal skema dwar l-iskart tal-ippakkeġġjar.
Madankollu l-GRTU qalet li l-proposta li l-eko-kontribuzzjoni tinbidel f’sisa tinjora kull progress li sar f’dan il-qasam sa issa u għaldaqstant qed titlob lill-Ministru tal-Finanzi biex jirtira din il-miżura b’effett immedjat u qed issejjaħ laqgħat ta’ diskussjoni biex l-eko-kontribuzzjoni titwaqqaf malajr kemm jista jkun.
L-Union tgħid li l-abbuż jista’ jitwaqqaf billi jkun hemm infurzar tajjeb tad-Direttiva dwar l-Iskart tal-Ippakkeġġjar.
Fl-istqarrija l-Union tilmenta li ma kien hemm l-ebda konsutazzjoni dwar il-proposta li l-eko-kontribuzzjoni tinbidel f’sisa. “L-imsieħba soċjali mhux qegħdin hemm biex tiddiskuti magħhom meta jkollok aptit” tkompli tgħid l-GRTU fl-istqarrija tagħha.
Il-GRTU ttemm tgħid li s-suġġeriment tagħha ma jaqax fuq widnejn torox.
//= $special ?>