Ambjent Lokali

Ritratt: Tinstab fekruna tal-baħar mejta

Għaddasa li iktar kmieni llum wara nofsinhar kienu fil-baħar ‘il barra mill-Bajja tas-Salina skoprew fekruna tal-baħar imdaqqsa mejta.

Sfortunatament jidher li l-fekruna jew inqabdet minn xi skrun ta’ dgħajsa, jew inkella inqabdet f’xibka tat-tonna u ntremiet il-baħar meta kienet diġa’ mejta u ġiet skoperta mis-sajjieda.

L-għaddasa li tkellmu magħna spjegaw ukoll li fiż-żona nnutaw ukoll ammont konsiderevoli ta’ ħut mejjet f’wiċċ il-baħar u li bl-ikbar probabiltà kienu ġejjin mill-fish farms fl-inħawi.

Fil-Bajja ta’ San Tumas imbagħad l-għaddasa nnutaw ukoll roqgħa ta’ żejt kif ukoll ikel mill-fish farms li wassal għal “lega ta’ sustanza bajda li ddellek u twaħħal, u li wasslet ukoll biex mill-baħar bdiet tiela’ intiena qawwija.”

12096187_10206294761865996_4428151716885517050_n

Ritratti: Jeannot Kuenzel