Lokali

FILMAT: Ċikonja tistrieħ fuq il-kampnar tal-Knisja ta’ Birżebbuġa

Xena mhux tas-soltu f’Birżebbuġa hekk kif ċikonja tat spettaklu wara li niżlet tistrieħ fuq il-kampnar tal-Knisja Parrokkjali ta’ San Pietru fil-Ktajjen.

Immedjatament malli daħlu l-ewwel rapporti, fuq il-post waslu uffiċjali mill-Korp tal-Pulizija li għassew iż-żona biex jassiguraw li ma jkunx hemm xi tip ta’ illegalità.

Filmat: Jean Claude Cassar

Ritratti: Lara Schembri/Maria Camilleri/Janica Mifsud