Lokali

Theżżiża ta’ terrimot qrib Malta

Numru ta’ persuni iktar kmieni ħassew theżżiża ta’ terrimot li kejlet 2.8 fuq l-Iskala Richter u li seħħet fl-10:13 ta’ dalgħodu.

Skont is-sit tal-Grupp ta’ Moniteraġġ u Riċerka Siżmika fi ħdan l-Universita’ ta’ Malta, it-theżżiża seħħet ‘il barra minn Birżebbuġa.

Din hi t-tieni theżżiża ta’ terrimot fl-aħħar jiem hekk kif nhar il-Ħamis li għadda seħħet theżżiża oħra ta’ 2.7 fil-16:55.