Dalgħodu għall-ħabta tas-sitta, żewġ persuni ddaħlu l-isptar għal kura wara li kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku fi Triq Għajn Tuffieħa fl-Imġarr.
Mill-informazzjoni li għandna jidher li karrozza tat-tip Toyota Corolla misjuqa minn raġel ta’ 63 sena minn San Pawl il-Baħar u karrozz tat-tip Toyota Vitz misjuqa minn mara Ungeriża residenti San Pawl il-Baħar ukoll, kellhom ħabta head on.
Fil-post issejħu l-pulizija kif ukoll tim mediku biex jagħti l-għajnuna. Is-sewwieqa ittieħdu l-isptar għal kura iżda sa issa l-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.
//= $special ?>