Illum fil-Qorti quddiem il-Maġistrat Francesco Depasquale tressqu żewġ persuni li qed ikunu akkużati bi traffikar ta’ tlett immigranti rregolari.
Dan hekk kif il-bieraħ uffiċjali tad-Dwana sabu tliet immigranti irregolari moħbija f’karozza li kienet għadha kif waslet Malta minn Sqallija.
Iż-żewġ persuni huma Sirjan, Malek Hasan ta’ 22 sena residenti Bormla u Malti, Rennie Fava ta’ 21 sena minn Ħaż-Żabbar.
Fil-Qorti ħareġ li s-Sirjan ordna lill-Malti sabiex jgħinu iġib Malta tlett Sirjani permezz tal-karozza tiegħu bil-Catamaran.
Iż-żewġ akkużati wieġbu mhux ħatja.
Is-Sirjan, ingħata sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal erba snin u multa ta’ tlett elef ewro filwaqt li l-Malti ngħata sentenza ta’ 18-il xahar ħabs sospiżi għal erba’ snin u multa ta’ sitt elef ewro bil-karozza li fiha nstabu t-tlett immigranti Sirjani ġiet ikkonfiskata.
Fl-istess vettura nstabu wkoll numru ta’ kaxxi bi fliexken tal-plastik mimlija bl-ilma iżda mingħajr id-dokumenti meħtieġa.
//= $special ?>