Lokali

Birdlife Malta mħassba serjament bl-istaġuni ta l-insib u titlob azzjoni mmedjata mill-Kummissarju għall-Ambjent

B’rejazzjoni għall-publikazzjoni tal-gvern ta’ żewġ ‘legal notice’ li jiftħu staġuni tal-insib għall-Għasafar ta l-Għana u staġun ieħor għall-Pluviera u Malvizz, Birdlife Malta stqarret li hija diżappuntata għall-insitenza tal-Gvern sabiex jinfetah staġun ieħor ta l-insib ġewwa Malta, speċjalment meta il-Qorti Ewropeja sejra tkun tiddelibera din il-pożżizjoni. BLM qed issejjaħ lill-Kummissarju ta L-Ambjent Karmenu Vella sabiex jieħu azzjoni immedjata u jitħarsu dawn l-għasafar.

Din id-deċiżżjoni turi biċ-ċar li l-Gvern mhuwiex japprezza l-importanza li jitħarsu l-għasafar waqt il-passa, kif ukoll l-obligu u l-inpenn politiku tieghu fir-rigward tat-trattat li ġie ffirmat minn pajjiżna ma dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja. Trattat li jwaqqaf kwalunkwe tip ta nsib wara 2008.

“It-tħassib taghna huwa li għal darba oħra ser jinqabdu ħafna għasafar mill-ambjent naturali mingħajr ebda ġustifikazzjoni ħlief dik ta bżonn rekrejazzjonali.

Dan iħalli impatt konsiderevoli fuq in-natura u din hija raġuni waħda għalfejn l-insib imur kontra id-direttivi ambjentali ta l-Unjoni Ewropeja. Għalhekk qegħdin nitolbu lill-Gvern sabiex ma jiftahx dan l-istaġun primarjament sabiex nipproteġu dawn l-għasafar tal-passa. Il-fatt li Malta ser tittellgħa quddiem il-Qorti Ewropeja tal-Ġustizzja qegħdin nisperaw li il-Gvern imur lura minn din id-deċizzjoni sakemm il-Qorti tħabbar id-deċizzjoni tagħha.” stqarr Nicholas Barbara, ‘Conservation Manager’ fi ħdan Birdlife Malta.

Il-Kummissarju Ghal-Ambjent, Karmenu Vella, ma ghandu l-ebda triq oħra ħlief li jidba jieħu l-miżuri kollha kontra il-Gvern Malti, sabiex nevitaw il-qbid ta eluf ta’ għasafar tul it-tlett xhur li ġejjin. Is-sena l-oħra, madwar 8,000 sit għal insib ġew attivati u tħallew jinqabdu aktar minn 33,000 għasfur permezz ta’ żewg derogi. Il-kundizzjonijiet mħabbar il-bieraħ fil-‘legal notices’ jindikaw l-istess proċeduri sejrin jiġu implementati.