Il-possibbiltà li l-Cafè Premier jingħata lill-Kunsill Lokali tal-Belt qatt ma kienet waħda mir-raġunijiet li wasslet lill-gvern biex iħallas E4.2 Miljun lis-sidien tal- Cafè Premier. Oriġinarjament sentejn u nofs ilu, il-gvern qatt ma esprima l-idea jew il-pjan li dan il-post jingħata lill-Kunsill Lokali tal-Belt bħala s-sede uffiċjli tiegħu.
Dan jirriżulta minn Memo tal-Kabinett mibgħuta mill-Kap taċ-Ċivil Mario Cutajar fl-2013 li fiha jagħti r-raġunijiet wara d-deċiżjoni tal-gvern iżda imkien ma jsemmi l-għazla li dan il-post jingħata lill-Kunsill Lokali tal-Belt.
Rapport f’The Times jagħmel riferenza għad-deċiżjoni riċenti tal-gvern li jagħti l-Cafè Premier lill-Kusnill lokali tal-Belt u jsostni li din id-deċiżjoni ma kinitx waħda minn-dawk imsemmija minn Mario Cutajar meta fil-fatt il-Cafè Premier ittieħed mill-Gvern.
Fil-memo tiegħu tal-2013 Cutajar kien spjega li l-bini tal-Cafè Prmier kien meħtieġ biex jitneħħa l-periklu minn taħt il-librerija nazzjonali minħabba li fil-Cafè Premier kien hemm kċina. Mario Cutajar kien iġġustifika d-deċiżjoni tal-gvern li jħallas Il-Gvern qatt ma kellu l-intenzjoni jagħti l-Cafe’ Premier lill-Kunsill Lokali tal-Belt 4.2 miljun ewro lis-sidien tal-Cafe’ Premier biex tinħoloq ċirkolazzjoni vertikali kif ukoll biex il-librerija nazzjonali tkun imkabbra.
Is-soluzzjoni tal-problema ta’ arretrati li kellu jiġbor il-gvern mingħand is-sidien tal-Cafè Premier ukoll kienet indikata bħala wahda mir-raġunijiet wara d-deċiżjoni tal-gvern.
//= $special ?>