Il-gvern se jkun qed ibiddel l-eko kontribuzzjoni f’sisa għall-prodotti bħal birra, l-inbejjed u l-ilma.
Dwar dan hemm numru ta’ kumpaniji lokali li jipproduċu dawn il-prodotti, jiġifieri tipi differenti ta’ birra, inbid u soft drinks li jridu aktar spjegazzjonijiet mill-Gvern dwar kif lilhom, is-sisa fuq dawn il-prodotti se tkun qed taffetwhom.
F’rapport f’The Malta Independent jingħad li l-kumpaniji lokali qed jisħqu li t-taxxa ma kelliex tkun trasferita minn fuq l-ippakeġjar għal fuq il-prodott innifsu għaliex hu fundamentalment hazin.
Huma qed jappellaw lill-gvern sabiex is-soluzzjoni tkun li jkun hemm infurzar aktar effettiv fuq in-negozji meta jiġu biex jiddisponu mill-iskart. B’hekk ikunu qed jirrispettaw l-obbligazzjonijiet tagħhom bġala negozju fejn jidhlu r-reponsabiltajiet taghhom lejn il-harsien tal-ambjent.
Skont dak li tħabbar fil-baġit, taxxa tas-sisa ta’ €1.93 trid tithallas fuq kull mitt litru ta’ birra. Fil-kaz tal-ilma u fruit juices, iż-żewġ ċenteżmi ta’ eko kontribuzzjoni se titneħħa u se jkun hemm taxxa tas-sisa ta’ ħames ċenteżmi kull litru
Filkaż imbagħad ta’ prodotti tal-ilma li jkunu mħallta ma’ prodotti oħra biz-zokkor, iż-żewġ ċentezmi ta’ eko kontribuzzjoni se tinbidel f’sisa ta’ €20 għal kull elf litru. (text. €20 kull elf litru)
Minn naħa tagħhom in-negozji qed jistennew risposti ċari mill-gvern biex ikunu jafu kif it-taxxa tas-sisa fuq il-prodotti li jipproduċu huma se taffetwhom.
//= $special ?>