Almenu tnax il-immigrant, fosthom erbat itfal u tarbija, għerqu wara li nqalbu b’dgħajsa ftit ‘il barra mill-kosta tat-Turkija.
L-inċident seħħ meta l-vittmi, li jaħsbu li kienu ġejjin mis-Sirja u l-Afganistan, kienu qed jivvjaġġaw lejn il-gżira Griega ta’ Lesbos.
Il-gwardjani tal-kosta fl-aħħar sigħat wasslu numru ta’ katavri lejn il-belt Torka ta’ Ayvacik li tinsab ftit kilometri ‘l bogħod minn Lesbos.
Sadanittant fl-inċident salvaw madwar 23 immigrant, b’numru minnhom jittellgħu fuq dgħajsa tas-sajd ta’ sidien Torok.
It-traġedja segwiet dik tal-Ħamis fejn seba’ persuni, inklużi tarbija u tliet itfal, mietu mgħarrqa wara ħabta bejn id-dgħajsa li kienu fiha u bastiment tal-gwardjani tal-kosta, li wkoll seħħet fil-viċinanzi ta’ Lesbos.
//= $special ?>