Lokali

Zieda ta’ 50% hi pass pozittiv, imma mhix bizzejjed!

L-Assocjazzjoni tas-Coeliacs Malta tqis li dak li tħabbar fil-bagit – li, se jkun hemm żieda ta’ 50% iġifieri dawk li minn Frar tal-2015 bdew jirċievu vawċers ta’ €30 fix-xahar, issa se jibdew jirċievu €45, – hu pass pożittiv, hi tisħaq li ż-żieda mhix biżżejjed u li din trid tiżdied ferm aktar biex is-coeliacs ma jidħlux f’diffikultajiet finanzjarji bla ebda bzonn.

Is-coeliacs, li qabel daħlet is-sistema tal-vawċers kienu jingħataw b’kemm jiswew € 105 fi prodotti tal-ikel bla glutina, d’daqqa waħda sabu ruħhom biss bi €30.

dak li, għal zmien twil saħqet fuqu l-Assoċjazzjoni, jiġifieri li l-ammont li nagħta f’vawċers kien baxx wisq u ma jservix biex ikopri l-prezzijiet għolja ta’ prodotti bla glutina lis-coeliacs iridu ta’ bilfors jixtru regolarment, ġie kkonfermat fil-Baġit ta’ din is-sena, nhar it-Tnejn li għadda.

L-Assoċjazzjoni tas-Coeliacs Malta tixtieq tfakkar li l-Gvern, mingħajr ebda raġuni, għaġġel ħafna biex ħareg is-sistema tal-vawċers u dan għamlu mingħajr ma qies minn qabel in-nefqa meħtieġa. Id-deċizjoni unilaterali tal-Gvern u l-fatt li ma’ tax kaz ta’ kull ma qalet l-Assoċjazzjoni, wasslu biex naqas b’mod sostanzjali il-benefiċċju li kienu ntitolati għalih is-coeliacs.