Lokali

9 Arrestati matul il-lejl fuq pussess ta’ droga

Drogi varji - ritratt mill-arkivji

Disa’ persuni kienu arrestati mill-iskwadra ta’ kontra d-droga tal-Pulizija matul il-lejl li għadda f’Paceville wara li nstabu fil-pussess ta’ diversi sustanzi suspettużi.

Iż-żagħżagħ huma Maltin, Taljani u Niġerjani u l-etajiet tagħhom huma bejn 16 u 27 sena. Huma nstabu fil-pussess ta’ sustanzi suspettużi fosthom kannabis, raża tal-kannabis, kokaina u mephedrone.

Il-Persuni arrestati qed jgħinu lill-pulizija fl-istħarriġ tagħha filwaqt li wieħed minnhom mistenni jitressaq quddiem il-Qorti fis-sigħat li ġejjin akkużat bi traffikar aggravat tar-raża tal-kannabis.