Wara l-kritika li l-Gvern Laburista irċieva għad-dikjarazzjoni ta’ Edward Scicluna , jiġifieri dik li l-Gvern ma jraħħasx il-prezzijiet tal-petrol u d-diesel biex jipprova jsolvi l-problema tat-traffiku, il-Prim Ministru Joseph Muscat jagħżel li jirringrazzja lill-Edward Scicluna għall-”viżjoni” tiegħu.
Kien ftit jiem ilu meta l-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna, inqabad pubblikament jgħid li s-soluzzjoni tal-Gvern Laburista għat-traffiku hi li ma jraħħasx il-prezzijiet tal-fuel.
Joseph Muscat kien qed jindirizza ġemgħa partitarji Laburisti fiċ-Ċentru Laburista tan-Naxxar meta rringrazzja lill-Edward Scicluna għall-viżjoni tiegħu.
F’diskors ta’ siegħa, Muscat injora l-akbar problema f’pajjiżna – it-traffiku. Filfatt, fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li dan juri kemm Muscat hu maqtugħ mir-realtajiet tal-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin.
Il-Partit Nazzjonalista qal li l-fatt li Muscat qed jibqa’ jwebbes rasu u jinjora din l-akbar sfida, jikkonferma kemm Muscat mhux veru kellu roadmap u l-verita’ hi li m’għandu l-ebda soluzzjoni għat-traffiku, u dan kien rifless fil-budget ta’ Muscat, li fih ftit għalik u ħafna għalihom, temm jgħid il-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>