Lokali

Ġirja mal-mużika b’risq Pink October

Grupp ta’ parteċipanti dalgħodu pparteċipaw f’attività oħra b’risq il-moviment “Pink October”, moviment li f’Malta għandu l-għan li matul ix-xahar t’Ottubru jqajjem aktar kuxjenza dwar l-importanza ta’ għarfien, kura u prevenzjoni għall-kanċer tas-sider.

Il-ġirja b’differenza kienet tikkonsisti wkoll f’mużika li ndaqqet minn DJ matul it-triq kollha. Filfatt, it-tema tal-ġirja kienet “Run to the Rhythm”. L-attivita’ li ttellgħet il-Ħadd filgħodu bdiet fid-9am u telqet minn Spinola f’Tas-Sliema sal-Gżira u lura, għal total ta’ 10 kilometri f’ġiri.

L-għan tal-moviment ‘Pink October’ hu li matul dan ix-xahar tinġabar is-somma ta’ €60,000 biex jinxtara apparat avvanzat li jintuża fit-trattament tal-kanċer tas-sider.