Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil għada fil-Parlament mistenni jagħti r-risposta tal-Oppożizzjoni għall-budget li l-Gvern Laburista ppreżenta għall-2016. Simon Busuttil fid-diskors tiegħu mistenni juri kif dan il-baġit fih, kif iddikkjara l-Partit Nazzjonalista nhar it-Tnejn li għadda, ‘ftit għalik u ħafna għalihom’.
F’diskors ta’ sagħtejn, li mistenni jibda fis-sitta u nofs ta’ filgħaxija l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil se jkun qed jitkellem dwar il-mod kif dan hu Gvern li mhux qed iwettaq dak li wiegħed partikolarment fuq il-problema tat-traffiku.
Id-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttul se jixxandar dirett fuq NET HD fis-6.25pm. Wara ssegwi edizzjoni speċjali ta’ Newsfeed. Id-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni se jixxandar b’mod dirett ukoll fuq Radio 101.
//= $special ?>