Internazzjonali

Tifun jolqot il-Filippini; eluf jaħarbu minn djarhom

Tifun b’qawwa kbira laqat il-Filippini bil-konsegwenza li eluf ta’ familji kellhom jaħarbu minn djarhom.

It-tifun ‘Koppu’ laqat il-gżira ta’ Luzon kmieni l-Ħadd filgħodu u jinsab miexi bil-mod. Hu mistenni li t-tifun iġib miegħu tlett ijiem sħaħ ta’ xita li mistennija twassal għal għargħar kbar u possibilment valangi.

Alexander Pama, il-Kap tas-Servizzi ta’ emerġenza fil-pajjiż, qal li sa issa diġa hemm madwar 10,000 ruħ li jinsabu mitlufa iżda sa issa ma kinux irrapurtati mwiet.