Ekonomija Lokali Parlament

Aħna nistgħu nagħmlu aħjar, ferm aħjar, minn dan il-Gvern – Simon Busuttil

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil isostni li mill-Gvern, il-Partit Nazzjonalista jista’ jagħmel ħafna aħjar minn dan il-Gvern. Għalhekk il-Partit Nazzjonalista diġa hu Gevrn alternattiv.

Kien dan messaġġ ewlieni fid-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil meta għamel it-tweġiba tiegħu għall-budget li ressaq il-Gvern Laburista.

Il-Kap tal-Oppożizjzoni Simon Busuttil qasam id-diskors tiegħu fi kriitka lejn miżuri u l-politika tal-Gvern Laburista u fi porposti li l-Oppożizjoni qed tressaq mill-Oppożizzjoni.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni kkritika lill-Gvern Laburista għall-fatt li dan kien budget bla viżjoni, bla setturi ġodda ekonomiċi għall-pajjiż u bla pjan ta’ proġetti ġodda. Il-proġetti kollha li qed joħolqu x-xogħol huma dawk li ħalla Gvern Nazzjonalista.

Kritika oħra tal-Kap tal-Oppożizzjoni kienet dwar il-prezzijiet għolja tal-petrol u d-diesel, il-kriżi fit-traffiku, iż-żieda fil-faqar, l-għoli tal-ħajja, il-paga medja, il-konsulenzi żejda lill-Laburisti magħżula u l-korruzjoni. Dan flimkien ma’ nuqqas ta’ trasparenza f’divevrsi kuntratti ta’ miljuni li l-Gvern għamel.

Quddiem din is-sitwazzjoni, il-Kap tal-Oppożizzjoni ddikjara l-prinċipji li fuqhom jinbena Gvern ġdid Nazzjonalista.

Dwar il-proposti li qed tħabbar l-Oppożizzjoni, Simon Busuttil rrifera għad-dokument ta’ qabel il-budget li għall-ewwel darba ħarġet l-Oppożizzjoni u magħhom żied li l-Oppożizzjoni se tippreżenta dokument dwar ekonomija għan-nies li jinkludi l-viżjoni ekonomika għall-futur.

Minbarra dan id-dokument, l-Oppożizzjoni se tippreżenta l-proposti dwar it-traffiku u dwar mezzi alternattivi ta’ trasport.

Dikjarazzjoni oħra importanti tal-Kap tal-Oppożizzjoni kienet li Gvern Nazzjonalista lest jixtri l-enerġija mill-irħas sors u li l-prezzijiet tal-fuel ikunu jirriflettu l-prezz internazzjonali taż-żejt.

Pilastru importanti tal-proposti ta’ Gvern nazzjonalista se jkun id-dokument dwar tmexxija aħjar li se jinkludi porposti dwar sistemi ġodda ta’ tmexxija tajba bbażata fuq trasparenza u korrettezza politika.