Ħ’Attard, ir-Rabat, San Pawl il-Baħar u Ħal Qormi dalgħodu reġgħu esperjenzaw toroq iġġamjati bit-traffiku.
Nies li ċemplulna ripetutament irrimarkaw li din hija sitwazzjoni li qatt qabel ma esperjenzajna. U ġimgħa wara l-oħra, is-sitwazzjoni qed tkompli tmur għall-agħar.
Ilmenti regolari huma dwar il-konġestjoni kbir fil-mina ta’ Ħal Kirkop, il-martirju biex toħroġ minn Ħad-Dingli u traffiku imwaħħal li qed jiffaċjaw kuljum ir-residenti fil-Qawra, San Pawl il-Baħar u x-Xemxija.
Dalgħodu spikka b’mod partikolari t-traffiku fin-niżla tal-Addolorata u ġewwa San Ġwann.
Il-ġimgħa li għaddiet, id-deputat Laburista Luciano Busuttil saħaq li mhux aċċettabbli illi biex toħroġ mill-Qrendi sal-Imqabba tieħu 30 minuta.
//= $special ?>