Il-Partit Nazzjonalista lest jagħti l-ideat tiegħu u jaqsamhom mal-poplu kif diġa’ qed jagħmel. U din hi d-differenza bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista.
Dan qalu l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, waqt Konferenza tal-Aħbarijiet li saret wara d-diskors tiegħu bħala reazzjoni għall-budget li l-Gvern ippreżenta l-ġimgħa l-oħra.
Simon Busuttil qal li l-Partit Nazzjonalista diġa’ qed jaqsam l-ideat tiegħu mal-poplu sabiex il-poplu jkun jaf fejn qiegħed mal-Partit Nazzjonalista. Hu fakkar kif meta l-Prim Ministru Joseph Muscat kien għadu kap tal-Oppożizzjoni, qatt ma’ ħareġ pre-budget document u qatt ma qal x’inhuma l-proposti tiegħu.
Fid-diskors tiegħu bħala reazzjoni ghall-budget, il-Kap tal-Oppozizzjoni ħabbar numru ta’ proposti f’diversi oqsma bħall-enerġija, t-traffiku u fost oqsma oħra anke ħabbar li qabel l-aħħar ta’ din is-sena l-Oppożizzjoni Nazzjonalista se tkun qed tippreżenta dokument dwar il-viżjoni ekonomika tagħha.
//= $special ?>