Titjira tal-Air Malta li kellha titlaq lejn Manchester fil-lejl ta’ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa spiċċat telqet tard minħabba inkwiet li inqala’ abbord l-ajruplan.
Il-każ beda meta turista Ingliża dehret tgħajjet f’wiċċ raġel li kien magħha. Kien għalhekk li issejħu l-Pulizija biex jikkalmaw is-sitwazzjoni. Il-mara spiċċat tniżżlet minn fuq l-ajruplan.
Jidher li l-mara bdiet titkellem ħażin u kienet aggressiva ferm, għalkemm ma kinitx taħt l-influwenza tal-alkoħol.
L-Ingliża kienet ukoll aggressiva anke fuq il-vettura li wasslet lill-passiġġieri mit-terminal lejn l-ajruplan tal-Air Malta.
It-tluq tat-titjira lejn Manchester ittardja b’25 minuta.
//= $special ?>