Id-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil inkluda numru ta’ proposti li l-Oppożizzjoni qed tippreżenta bħala Gvern alternattiv. Proposti li huma bbażati fuq il-pre-budget document ippreżentat mill-Oppożizzjoni qabel dan il-budget, proposti li huma mifruxa fuq diversi setturi.
Fost dawn, il-Partit Nazzjonalista se jkun qed iressaq dokument bil-viżjoni tal-Oppożizzjoni dwar l-ekonomija kif ukoll proposti fit-tul u oħrajn immedjati dwar it-traffiku.
Dwar ix-xiri tal-elettriku, Simon Busuttil qal li Gvern ġdid Nazzjonalista jintrabat li jixtri ż-żejt mingħand l-irħas sors, b’kuntlarju għal dak li qed iseħħ bħalissa.
Sentjejn u nofs ‘l bogħod mill-Elezzjoni Ġenerali, il-poplu għandu Oppożizzjoni li qed tippreżenta proposti alternattivi; proposti ta’ Oppżizzjoni kostruttiva.
//= $special ?>