Żagħżugħa Maltija kienet fost żewġ persuni li weġġgħu f’inċident li seħħ fuq il-mitjar tal-Ajruport fil-kapitali Ġermaniża Berlin.
L-inċident seħħ kmieni llum waranofsinhar meta l-Maltija kienet flimkien ma’ numru ta’ passiġġiera oħra abbord il-vettura li twassal lill-passiġġieri mit-terminal sal-ajruplan. Huma kienu sejrin għal fuq titjira lejn Munich, bil-Maltija kienet se tipparteċipa f’konferenza ta’ iGaming.
NETnews.com.mt jinsab infurmat li għal xi raġuni, ix-xufier tal-vettura ħa brake qawwi f’salt. Kawża ta’ hekk, iż-żewġ feruti waqgħu u ħadu xi daqqiet.
Għalkemm il-kundizzjoni ta’ saħħet il-Maltija għadha mhix magħrufa, NETnews.com.mt jinsab infurmat li hi sofriet feriti ħfief. Madankollu, hi kellha tingħata l-ewwel għajnuna fil-post qabel ma kompliet bis-safar tagħha.
//= $special ?>