Internazzjonali

Sitwazzjoni mwiegħra għall-immigranti fil-Balkani

epa04984130 Slovenian policemen look on as some of the 1,800 migrants that arrived on a train at the Croatia border walk towards a registration center in Brezice, Slovenia, 19 October. Many of the migrants are exhausted, they have been waiting for hours at the closed border in Croatia in the hope of entering Slovenia, the next stage on their long journey to Austria, Germany or Sweden. Europe is grappling with the biggest migrant influx since World War II, and more than half of those arriving are estimated to be from Syria. EPA/IGOR KUPLJENIK

Eluf ta’ immigranti jinsabu mblukkati tul il-fruntieri ta’ diversi pajjiżi fir-reġjun tal-Balkani. Dan wara li l-Ungerija għalqet il-fruntiera mal-Kroazja u s-Slovenja llimitat in-numru ta’ nies li qed jitħallew jaqsmu mill-Kroazja.
Fl-istess ħin, dawn l-immigranti jinsabu maqbudin fil-beraħ u b’ebda kenn f’temp xitwi.
Barra minn hekk, il-gruppi umanitarji li qed jgħinu fiz-zona, fosthom il-UNHCR, ilmentaw li l-provvisti kienu qed jispiċċaw.
Fi tmiem il-ġimgħa, is-Slovenja qalet li se tħalli 2,500 persuna biss jaqsmu mill-Kroazja. Iżda l-Gvern ta’ Zagreb qed jagħmel pressjoni fuq is-Slovenja biex din iċ-ċifra titla’ għal 5,000 persuna kuljum.
Fis-Serbja mbagħad hemm madwar 10,000 immigrant li ma tħallewx jaqsmu lejn il-Kroazja.
L-Ungerija, wara li għalqet il-fruntiera mas-Serbja, il-Ġimgħa li għaddiet għalqet il-fruntiera mal-Kroazja għal raġunijiet ta’ sigurtà.